Xtaqt naqsam miegħek il-ħsibijiet tiegħi hekk kif l-attivitajiet politiċi ġew fi tmiemhom wara l-Mass Meeting ta' llum ġewwa l-Fosos tal-Furjana.
Il-baħar ta' nies li attendew il-meeting ta' llum u l-enerġija tal-folla tkompli ssaħħaħ it-twemmin tiegħi li l-Partit Nazzjonalista huwa l-Partit li jemmen fik, huwa l-Partit li għandu viżjoni għalik u huwa l-Partit li l-valuri tiegħu dejjem iggwidawħ biex imexxi l-Malta fl-aħjar interess nazzjonali.
Din kienet l-ewwel kampanja elettorali tiegħi bħala Kap tal-Gvern u Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kampanja impenjattiva u li ppruvajt kemm jista jkun niffoka fuq il-proposti li preżentajnielek filwaqt li nfakkruk ftit fuq dak li wettaqna u ksibna lkoll flimkien.
Issa li wasalna fit-tmiem ta' din il-kampanja, inħossni sodisfatt li tajt il-100% ta' dak li nemmen fiħ. Dejjem għamilt dak li stajt biex nara l-pajjiżna jimxi 'l quddiem u matul il-kampanja apprezzajt ħafna l-appoġġ u l-entużjazmu li ħafna persuni wrew. Apprezzajt ħafna wkoll il-kritika kostruttiva li qlajt anki mingħand dawk li b'xi mod iħossuhom iddiżappuntati jew imweġġa bl-aġir tal-Gvern jew ta' l-istituzzjonijiet tiegħu. Dan kollu kien u għadu eżerċizzju importanti li ngħaddu minnu għaliex permezz tiegħi nistgħu nirrispondu b'mod effettiv sabiex flimkien inkomplu ngħixu aħjar.
Nemmen li l-policies u l-proposti tal-Partit Nazzjonalista jagħtu stabilitta', kredibbilta' u viżjoni għall-pajjiż. Nemmen li fiċ-ċirkustanzi li għaddejja minnhom l-Ewropa, pajjiżna irid par idejn sodi li jgawdu r-rispett kemm fuq livell nazzjonali kif wkoll fuq livell internazzjonali. Nemmen, li flimkien nistgħu naslu sabiex nkomplu nagħmlu minn pajjiżna storja ta' suċċess.
Nixtieq niehu l-okkazjoni biex nirringrazzjak ta' l-impenn tiegħek lejn il-gid ta' pajjiżna. Issa f'idejk sabiex tagħmel id-dover tiegħek u trodd il-vot tiegħek lil min taħseb li jista' jmexxi lil pajjiżna f'dawn il-ħames snin li ġejjin.
Tislijiet,
Lawrence Gonzi
Thursday, March 6, 2008
ħsieb zgħir ..
Posted by
Lawrence Gonzi
at
10:04 PM
Saturday, March 1, 2008
L-aħħar ġimgħa
--
Għadni kif qtajt minn fuq il-forum. Ħadt ħafna gost magħtul dawn il-ġimgħat fejn stajna nikkomunikaw ukoll b’dan il-mezz differenti. Naf li minħabba l-ħin dejjem jagħfas ma stajtx inwieġeb għal kull post pero’ qiegħed nagħmel kull mezz biex inwieġeb lil kullhadd (inkluż l-emails kollha li qiegħed nircievi). Nispera li jirnexxieli għaliex l-ammont ta emails li rċevejt huwa inkredibbli. Grazzi.
--
Bdiet l-aħħar ġimgħa. L-aħħar ftit ġranet qabel ma l-poplu Malti u Għawdxi jagħzel dak il-partit li se jmexxi lill-pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin. Għazla ‘mportanti immensa, għażla li għandha tkun ibbażata mhux biss fuq dak li ngħidu imma wkoll fuq dak li nagħmlu u fuq l-affarijiet li ngħidu li ser nagħmlu fil-proposti tagħna.
Tul il-kampanja elettorali jiena għamilt enfażi qawwija ħafna fuq il-proposti tal-Partit Nazzjonalista u kif dawn għandhom iwasslu l-pajjiżna sabiex jilħaq livelli ta’ eċċellenza f’numru ta’ oqsma importanti, fosthom l-edukazzjoni, l-ambjent u s-saħħa.
L-edukazzjoni hi dik l’għodda li se tgħin lill-individwi, speċjalment iż-żgħażagħ tagħna sabiex jilħqu l-potenzjal tagħhom u b’hekk mhux biss itejbu lilhom infushom. Ngħinu lill-Maltin jimxu l-quddiem sabiex Malta tkun tista timxi l-quddiem.
L-ambjent ta’ madwarna għandu jiġi mħares b’mod xieraq. Irridu nassiguraw li l-ambjent Malti jkun ta’ kwalita sabiex b’hekk il-kwalita tal-ħajja tagħna l-Maltin titjieb.
U xi ngħidu dwar is-saħħa. Il-kura medika hi neċċessarja f’pajjiżna. Kura medika b’xejn għal kulħadd. Din l-għajta tal-Partit Nazzjonalista. Għajta li se nkomplu nirrepetu tul din l-aħħar ġimgħa tal-kampanja. U anke jiena, nisħaq illi ma jistax ikun li dan is-servizz vitali għal pajjiżna jsir bi ħlas u għaldaqstant stqarrejt li jekk qatt dan ikollu jsir bi ħlas meta nkun Prim Ministru jiena lest li nirriżenja.
Huwa importanti ħafna li f’dawn l-aħħar ġranet tal-kampanja, kull wieħed u waħda minnha jkompli jisħaq fuq il-proposti li qiegħed jagħmel il-Partit Nazzjonalista.
Tislijiet,
Lawrence
Posted by
Lawrence Gonzi
at
10:32 PM
Wednesday, February 27, 2008
kwalita l-ewwel
Grazzi u tislijiet!
Posted by
Lawrence Gonzi
at
1:21 AM
Monday, February 25, 2008
Poter jew rispett ?
Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem emmen li pajjiżna għandu jinvesti fl-aqwa riżorsa li għanda; l-Malti. Il-poplu Malti huwa wieħed ħawtiel u dejjem jaffronta l-isfidi li affaċċja b’wiċċu minn quddiem. Il-Partit Nazzjonalista għalhekk poġġa fiduċja sħiħa f’dan il-poplu. Minn dejjem urejna li kapaċi nikkompetu ma l-aqwa pajjiżi fid-dinja. Malta hija zgħira fid-daqs fiziku tagħha pero l-poplu għandu qalb kbira. Qalb li twassalna sabiex nilħqu l-aqwa livelli immaġġinabbli.
L-edukazzjoni huwa settur vitali għal kull pajjiz. Permezz tagħha wieħed jista jinfluwenza mhux biss l-iżvilupp ta’ wliedna iżda wkoll l-iżvilupp ta’ pajjiżna. L-investiment li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi f’dan is-settur għandu jagħti riżultati fit-tul. Riżultati tajbin u xierqa għal pajjiżna.
---
Illum indirizzajt Mass Meeting ieħor tas-Sliema. Kien Mass Meeting ikkarraterizzat bi prezenza qawwija ta’żgħażagħ fosthom numru sabiħ ta’ studenti li ġew isemmgħu leħħenhom. Dan napprezzaħ. Jiena kburi li ‘llum f’dan il-pajjiz kullħadd, hu min hu, jista jesprimu l-opinjoni tiegħu b’mod liberu... u dan għax huwa d-dritt tiegħu. Ebda persuna u saħansitra ebda politku m’għandu dritt jiċċensura jew jikkontrolla dak li xi ħadd jgħid. Kif intqal tajjeb ħafna dalgħodu meta konna ġewwa Borlma, fejn hemm bżonn għandu jkun il-poplu li jitkellem .. u fejn hemm bżonn irid ikun il-poplu li jagħlaq ħalq il-politici u mhux il-politici li jagħlqu ħalq il-poplu.
Jiena nwiegħed li nibqa nisma u niddiskuti ma kullħadd, hu min hu, u ‘nbaxxi rasi għall-verdett finali tal-poplu. Sadanittant, ejjew inkomplu naħdmu flimkien - sabiex flimkien nilħqu l-miri ambizzjuzi li fassalna għal pajjiżna.
---
PS. Irrid nirringrazzjakom kollha tal-kontribut, support u donazzjonijiet fil-maratona tal-bieraħ. Napprezzaw kull għajnuna li tagħtu. Grazzi u grazzi mill-qalb.
Tislijiet,
Lawrence
Posted by
Lawrence Gonzi
at
12:26 AM
Friday, February 22, 2008
Dover u missjoni
Nassigurakom li l-ewwel darba li dħalt fil-politka qatt ma ħsibt li xi darba ser ikolli esperjenza bħal din. Bla dubju, huwa l-interess tagħkom, l-idejat, l-ħsibijiet u l-imħabba tagħkom lejn il-pajjiż li jagħtini s-sodisfazzjon u l-enerġija biex inkompli għaddej.
- - -
Meta wieħed jidħol fil-politika dan jagħmlu b’sens ta’ dover u ta’ missjoni. Ifisser li trid tagħti ħafna mill-ħin tiegħek u mill-ħin li s-soltu tqatta mal-familja jew mal-ħbieb. Għalhekk min hawn nirringrazzja lil kull persuna, b’kwalunkwe opnijoni jew twemmin, li b’xi mod jagħti ftit mill-ħin tiegħu għall-politka, speċjalment f’mumenti kruċjali bħal dawn għall-pajjiż.
Nirringrazzja wkoll lill-familja tiegħi– lill-ġenituri tiegħi u lill-ħuti – lill-Kate u lit-tfal – li minkejja dan it-taħbit kollu naf li fihom dejjem nista’ nsib l-inkoraġġiment, is-support, il-pariri tajbin u l-mistrieħ. Kif jgħidu bl-ingliż ‘the love of a family is life’s greatest blessing’ – u dan huwa minnu.
Il-familja u l-qraba minn dejjem kienu fiċ-ċentru ta’ ħajti u dejjem emmint li l-familja għandha tkun il-pern li fuqu wieħed ifassal il-qafas tal-politika. Dan bi prinċipju nieħu gost li min dejjem kien u qiegħed ukoll jiġi rifless fil-politka tal-partit nazzjonalista.
- - -
Din il-ġimgħa il-Partit Nazzjonalista ipprezenta l-pjanijiet tiegħu għas-settur edukattiv. Settur li huwa għal qalbi ħafna peress li biħ wieħed ifassal il-futur ta’ pajjizna, tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Il-proposti tagħna huma mmirati sabiex ħadd ma jibqa lura.
Se nagħlaq hawnhekk illum, pero’ inħeġġiġkhom tkomplu tiktbuli fuq is-sit www.lawrencegonzi.info.
Tislijiet,
Lawrence
Tuesday, February 19, 2008
Iż-żgħażagħ
Kull politku, u kull min jinteressaħ il-ġejjieni ta’ pajjiżna, għandu jħoss d-dover li jassigura li ż-żgħażagħ tagħna jistgħu jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.
L-edukazzjoni hija ċavetta li tiftaħ bibien u fruntieri ġodda għaż-żgħażagħ tagħna. Il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen f’dan u jkompli jemmen fiħ, u dan bil-fatti mhux biss bil-paroli. L-investiment fis-settur edukattiv qatt ma kien daqshekk kbir daqs illum, u dan għax il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern emmen bis-sħieħ fil-ħiliet u l-kapaċitajiet ta’ l-istudenti tagħna.
Il-bieraħ kelli l-opportunita’ li nerġa niltaqa ma’ l-istudenti Universitarji flimkien mat-tliet kapijiet l-oħra tal-Partiti politiċi. L-attendenza kienet ferm numeruża u ħadt gost nara l-istudenti jistaqsu u jinsistu għar-risposti għax wara kollox iridu jkun jafu kif il-politika tal-partiti se taffetwalhom il-futur tagħhom. Fil-fatt nieħu l-okkazjoni ngħid prosit lill-organizazzjoni ‘Insite’ għad-dibattitu li organizzaw.
Lawrence
Posted by
Lawrence Gonzi
at
11:00 PM
Labels: education, edukazzjoni, Iż-żgħażagħ, youth
Monday, February 18, 2008
3 Ħsibijiet
- Forum
Illejla għadni nasal id-dar minn attivita’ oħra marbuta mal-kampanja. Kienet ġurnata oħra ‘mpenjattiva ħafna bl-attivitajiet filgħodu, l-mass meeting u ċ-chatforum.
Nixtieq qabel xejn nirringrazzja lilkom kollha li qed tibgħatuli emails u posts fuq il-forum (http://www.lawrencegonzi.info/). Qiegħed nirċievi rispons tajjeb ħafna – imma nammetti li forsi r-rispons huwa tajjeb wisq għaliex tant kemm qed nirċievi qed naqa ftit lura. Niskuża ruħi magħkom li għadni ma rrispondejtx u inwiegħedkom li qed nagħmel mill-aħjar li nista’ biex nirrispondikhom.
- Mass Meeting
Kif tafu ‘llum kellna Mass Meeting ieħor. Mass Meeting li sar fin-naħa t’isfel ta’ Malta ġewwa Haz-Zabbar, fejn, fl-1987 jiena bħala kandidat kont indirizzajt l-ewwel mass meeting tiegħi.
Inbidlu ħafna affarjiet minn dak iż-żmien sa’llum imma l-eċitament li wieħed iħoss meta jindirizza folla kbira tibqa ... u tibqa daqs kemm baqgħet wkoll l-importanza tal-politka ‘llum bħal ma kienet dak iż-żmien.
Ħadt l-opportunita’ biex inkompli nispjega l-manifest elettorali - il-viżjoni tiegħi, tal-kandidati sħabi u tal-Partit. 353 –il proposta - mhux lista ta’ wegħdiet fl’arja imma patt mal-poplu li aħna lesti ‘nwettqu pjan ta’ ħidma serju għas-snin li ġejjin. Hija viżjoni li ħriġna biha għall-ġid tal-pajjiż kollu – viżjoni li tirrefletti l-enerġija, l-esperjenza u l-volonta tal-partit. Hija viżjoni mibnija fuq dawk l-affarijiet li naħsbu huma prijorita’ kif ukoll fuq dak li intkom għedtulna.
Huwa programm frott ta’ bosta diskussjonijiet ma’ l-oqsma kollha tas-soċjeta Maltija. Smajna minn kulħadd u tajna kaz dak li għedtulna.
- Resits tal-MATSEC
Nixtieq minn hawn nieħu spunt partikolari li ħareġ mill-forum illejla. Ħafna kontu li saqsejtuni jekk ir-resits tal-MATSEC humiex ser jibdew isiru f’Novembru.
Nserraħħ ras kullħadd li diġa spjegajna b’mod ċar u Louis Galea ‘ddikjara wkoll li din hi qlajja bla bażi. Aħna qatt ma kellna xi ħsieb li nbiddlu l-mod ta' kif u meta jsiru r-resits.
Tislijiet
Lawrence



